TVMi Insights

TVMi – Insights jimmira li jidħol fil-fond fuq kwistjonijiet kurrenti f’Malta u/jew barra minn Malta permezz ta’ intervisti mal-mistiedna kif ukoll filmati għal perspettiva usa’ dwar is-suġġett magħżul.

Il-programm se jitqassam fi tliet partijiet – ġrajjiet kurrenti, kwistjonijiet informattivi u oħrajn iktar leġġerin – hekk kif l-għan tiegħu hu li jipprovdi intervisti twal madwar 10 minuti biex aktar tard jittellgħu fuq tvm.com.mt.

Dan il-programm fil-ġimgħa twil nofs siegħa se jfittex li jeduka u jinforma lill-udjenza dwar kwistjonijiet li jkunu qed jiddominaw l-aġenda tal-pajjiż.

Ippreżentat minn Norma Saliba, il-programm se jittratta diversi suġġetti li jvarjaw minn kwistjonijiet politiċi, saħħa u affarijiet soċjali, għall-isport, il-kultura u x-xena tal-ispettaklu.

Episode #10

Ixxandar: 9 ta' Diċembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 25 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN