UEFA Nations League

Il-futbol internazzjonali jirritorna fuq TVM2 bil-kompetizzjoni l-ġdida tal-UEFA Nations League.

L-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali tal-UEFA se jipparteċipaw fil-kompetizzjoni u se jinqasmu f’4 kampjonati, inizjalment abbażi tal-klassifikazzjoni skont il-koeffiċjent allokat lilhom. Għalhekk, it-timijiet se jikkompetu kontra avversarji tal-istess livell, li jfisser li l-partiti se jkunu aktar bilanċjati u kompetittivi. Il-pożizzjonijiet finali se jiddeterminaw jekk tim jiġix promoss jew relegat fil-kampjonati rispettivi għall-edizzjoni suċċessiva tal-kompetizzjoni: ir-rebbieħ jikseb il-kwalifikazzjoni diretta għall-edizzjoni suċċessiva tal-EURO.

Il-kampjonat inawgurali jibda f’Settembru u TVM2 se jkun qed ixandar il-partiti kollha tat-tim nazzjonali Malti kontra t-timijiet l-oħra fi Grupp D3 – l-Ażerbajġan, il-Kosovo u l-Gżejjer Faroe.

Malta vs Faroe Islands

Ixxandar: 20 ta' Novembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 6 ġurnata
120 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN