UEFA Champions League 2018 – 2019

Segwit minn miljuni ta’ partitarji madwar id-dinja, il-UEFA Champions League hija l-aktar kompetizzjoni prestiġjuża għall-klabbs tal-futbol Ewropej. Total ta’ sbatax-il ġurnata, mill-fażi tal-playoff sal-finali ta’ Ġunju fl-Estadio Wanda Metropolitano ġewwa Madrid.

Bi storja rikka li tmur lura għall-ewwel snin tas-sebgħinijiet, il-UEFA Europa League hija magħrufa għall-futbol ta’ kwalità fejn kull tim jissielet biex jipprova jikseb il-kwalifikazzjoni diretta għall-edizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun ta’ wara.

Il-pakkett ma jistax ikun komplut mingħajr il-Matchday Highlights u l-Magazine Programs miż-żewġ kompetizzjonijiet, b’kummenti preliminari għal kull ġurnata, segwita minn analiżi tal-partiti li jkunu ntlagħbu matulha.

Għas-seba’ staġun konsekuttiv, TVM2 ser iwasslilkom dan kollu direttament fuq it-televiżuri tagħkom għall-kumdità ta’ darkom.

Liverpool vs Napoli

Ixxandar: 11 ta' Diċembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 27 ġurnata
120 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN