Umani

UMANI, bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista ta’ TVM Maria Muscat, għandu l-għan li jwassal messaġġ ta’ tama u kuraġġ permezz tal-istejjer ta’ persuni li ġejjin minn aspetti differenti tal-ħajja. UMANI jippreżenta stejjer ta’ persuni li minkejja l-isfidi fil-ħajja tagħhom, irnexxielhom jegħlbuhom u llum qegħdin jagħtu l-kuraġġ u s-saħħa lill-oħrajn biex jagħmlu l-istess. UMANI għandu l-għan li jwassal messaġġ qawwi li l-akbar glorja tagħna mhix li qatt ma naqgħu, iżda li wara kull waqgħa nqumu aktar b’saħħitna.

Episode #26 – Anglu Fenech

Umani tal-lum jitratta bniedem li kien magħruf ħafna l-iktar meta kien segretarju ġenerali tal-GWU, Anġlu Fenech. Anġlu għandu storja sabiħa, għaliex wara snin jimmilita fil-GWU għad-drittijiet tal-ħaddiema, meta rtira, mar jaħdem bħala voluntier fil-Caritas, fejn ilu hemm iktar minn 22 sena. UMANI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat.

Ixxandar: 30 ta' Marzu 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -24 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN