Umani

UMANI, bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista ta’ TVM Maria Muscat, għandu l-għan li jwassal messaġġ ta’ tama u kuraġġ permezz tal-istejjer ta’ persuni li ġejjin minn aspetti differenti tal-ħajja. UMANI jippreżenta stejjer ta’ persuni li minkejja l-isfidi fil-ħajja tagħhom, irnexxielhom jegħlbuhom u llum qegħdin jagħtu l-kuraġġ u s-saħħa lill-oħrajn biex jagħmlu l-istess. UMANI għandu l-għan li jwassal messaġġ qawwi li l-akbar glorja tagħna mhix li qatt ma naqgħu, iżda li wara kull waqgħa nqumu aktar b’saħħitna.

Episode #27 – Albert Mc Carthy

Umani tal-lum jitratta l-istorja ta’ Albert Mc Carthy. Albert huwa magħruf l-iktar għal żmien il-Milied meta jilbes ta’ Santa Klaws flimkien mal-mara tiegħu. Iżda l-istorja ta’ Albert wara l-kostum ta’ Santa Klaws hija iktar profonda. Albert kien bniedem tan-negozju, u għal żmien twil bata mill-kundizzjoni mentali bi-polar. Illum Albert waqqaf grupp biex jiġġieled din il-kundizzjoni flimkien ma’ nies oħra. UMANI bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat.

Ixxandar: 6 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -18 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN