Umani

UMANI, bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista ta’ TVM Maria Muscat, għandu l-għan li jwassal messaġġ ta’ tama u kuraġġ permezz tal-istejjer ta’ persuni li ġejjin minn aspetti differenti tal-ħajja. UMANI jippreżenta stejjer ta’ persuni li minkejja l-isfidi fil-ħajja tagħhom, irnexxielhom jegħlbuhom u llum qegħdin jagħtu l-kuraġġ u s-saħħa lill-oħrajn biex jagħmlu l-istess. UMANI għandu l-għan li jwassal messaġġ qawwi li l-akbar glorja tagħna mhix li qatt ma naqgħu, iżda li wara kull waqgħa nqumu aktar b’saħħitna.

Episode #28

Umani tal-lum jitratta l-istorja ta’ Puttinu. Puttinu huwa magħmul minn Dr Victor Calvagna, Rennie Zerafa u Angele Cuschieri, tlett ġganti tal-umanita’. Fil-programm nitkellmu wkoll mal-familji li għaddew minn tbatija kbira minħabba l-mard f’uliedhom. Il-programm tal-lum mimli emozzjonijiet. Umani bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat.

Ixxandar: 13 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -66 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN