Vigilante

Is-serje rinomata Vigilante, ko-prodotta bejn darC productions u WE Media, taħt id-direzzjoni ta’ David Rizzo u Mario Farrugia, tirritorna għat-tieni staġun tagħha. Skoprejna li Azalea Fenech hija tassew il-Vigilante. Azalea irnexxielha tgħaqqad skwadra ta’ ħila kbira bl-għajnuna ta’ ħuha Lincoln u s-sieħeb tagħha Justin. Flimkien, se jibqgħu jiġġieldu bla heda sakemm jirnexxilha twassal għall-ġustizzja lil dawk li qatlu lil oħtha, Valentina.

Fl-istess ħin, il-pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet biex jaqbdu u jwaqqfu lill-Vigilante talli ħadet il-ġustizzja f’idejha. Sadattant, qed jitfassal pjan metikoluż biex jinqatel xi ħadd mill-Kabinett, Ministru! Il-Vigilante u l-iskwadra tagħha se jirnexxilhom iwaqqfu dal-pjan milli jseħħ u jwasslu lill-ħatja għall-ġustizzja?

Episode #19

Azalea ghadha hajja?!… Kif jista’ jkun dan kollu?!… Justin qed jara sew jew qed jimmaginaha tant kemm jimmisjaha?! Francesco jerga’ jmur ikellem lil Joanne… Jheddidha li jekk Lincoln se jkompli jipprova jaghmillu l-hsara allura se jkunu hi u familtha li jbatu l-konsegwenzi.

Ixxandar: 16 ta' Frar 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 29 ġurnata
60 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN