Wirt Marsaxlokk

Minn April li ġej, Wirt Marsaxlokk hija sensiela ta’ programmi fuq dan ir-raħal tant pittoresk, sinonimu mas-sajjieda, u li fihom ser jitrattaw diversi aspetti fosthom storja, kultura, reliġjon, snajja u folklor. Wirt Marsaxlokk ser tikxef u titfa’ dawl fuq ikoni li sawru lil dan ir-raħal u li ħallew il-marka tagħhom tul iż-żminijiet, pero ftit li xejn huma magħrufa jew qatt ingħataw l-importanza li tixirqilhom. Ma jonqsux ukoll it-tweġibiet għal ħafna kurżitajiet li jqanqal dan ir-raħal, u li żgur ser jissorprendixxu u jnisslu tbissima fuq ħafna Xlukkajri stess, li madanakollu ilhom jgħixu f’dan ir-raħal għal numru twal ta’ snin.

Wirt Marsaxlokksinonimu mas-sajjieda, ser jitratta aspetti bhal storja, kultura, religjon u snajja. Ma jonqsux ukoll ikoni li hallew il-marka taghhom tul iz-zminijiet, pero qatt ma nghataw l-importanza li tixirqilhom.

Episode #13

Ixxandar: 28 ta' Ġunju 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 11 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN