X Factor

Kantanti minn Malta se jissieltu biex ikunu r-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni lokali tal-aktar format popolari tat-TV fid-dinja, The X Factor. Ara l-Auditions, il-Bootcamp, is-Six-Chair Challenge, il-Judges’ Houses u l-Live Finals fuq TVM mis-7 ta’ Ottubru 2018, b’aġġornamenti kuljum qabel l-aħbarijiet. Ippreżentat mill-personalità maħbuba Ben Camille, f’X Factor Malta se jkun hemm il-produttur tal-mużika lokali Howard Keith Debono, l-istilla Maltija Ira Losco, il-brava Alexandra Alden u l-mużiċist ta’ esperjenza kbira Ray Mercieca bħala ġurija.

Minbarra li jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2019, ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta se jingħata wkoll kuntratt għal rekord ma’ Sony Music Italy u jingħaqad ma’ lista ta’ artisti magħrufa madwar id-dinja ta’ Sony Music.

X Factor huwa format ta’ Syco Entertainment, b’koproduzzjoni globali u proprjetà ta’ Freemantle Media Limited u bi produzzjoni lokali minn Mint Media Limited b’kollaborazzjoni mal-Public Broadcasting Services Ltd.

Episode #10

Ixxandar: 9 ta' Diċembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 25 ġurnata
105 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN